Contact cluster Contact cluster

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal CONTACT CLUSTER għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel, l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 laxka fuq quddiem bis-swaba’ mifrudin u bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala tal-id l-oħra. Il-ponot tas-swaba’ tan-nofs jolqtu lil xulxin malajr darbtejn. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal persuna. Id waħda tieħu l-forma ta’ L kkurvata bil-pala tħares ’il barra u tinżel dritt ’l isfel. (iii) Fl-aħħar, isir is-sinjal għal IEĦOR. Id waħda tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares ’l isfel u l-werrej jipponta lejn il-ġenb. L-id iddur biex il-pala tiġi tħares ’il ġewwa u tispiċċa bil-pala tħares ’il fuq.

The sign for CONTACT CLUSTER has three parts. (i) First, the hands take the shape of loose 5 at the front with fingers apart and palms facing each other. The tips of the middle fingers hit each other quickly twice. (ii) Then the sign for PERSON is made. One hand takes the shape of curved L with the palm facing outwards. The hand moves straight downwards. (iii) Finally, the sign for ANOTHER is made. One hand takes the shape of 1 with the palm facing downwards and the index finger pointing to the side. The hand turns so that the palm faces inwards and then ends up facing upwards.